Għal Beppe Fenech Adami, it’s OK li seta’ juża dak li kiteb ħatnu, l-kirurgu Kevin Cassar, kontra Alex Borg.
Fil-fatt, waqt il-laqgħa tal-Grupp Parlamentari tal-PN il-bieraħ filgħaxija, Beppe Fenech Adami għażel li juża l-istess artiklu ta’ ħatnu biex ikompli jattakka lid-Deputat Għawdxi.
Għal Beppe Fenech Adami – paladin ieħor tar-Rule of Law – it’s OK li tinjora kunflitt ċar ta’ interess daqs dan, u minn fuq, ried jieħu r-raġun u jwaħħal f’Alex Borg għal kull għawġ li għaddej minnu l-PN.
‘Kif ma tisħix tiġi hawn, mingħalik se tgħallem lilna kif nagħmlu l-affarijiet, għadek ġej, biċċa tifel Għawdxi tipprova tlaħħaq magħna l-fundaturi tal-Partit?‘, kien ikkwotat Beppe Fenech Adami permeżż ta’ sors li kien preżenti.
Fenech Adami hu rrappurtat li qal lil Borg biex ma jagħmilhiex tal-baby u jilmenta għax xi ħadd kiteb kontrih.
Alex Borg dlonk wieġbu li hawnhekk kienu qed jiddiskutu l-kitba ta’ Kevin Cassar li jiġi ħaten Beppe Fenech Adami u li l-istess Kevin Borg, kien u għasu kandidat tal-PN.
Hawnhekk Fenech Adami nterrompih u qallu ‘allura?’ għax jiġi ħatni? Int għaliex tajt kasu u qajjimt plejtu?’
‘Imissni ma’għamitx plejtu, akkużani li jien Trojan Horse tal-Labour fil-PN!’, kien pront wieġbu Alex Borg, sakemm kien interrott minn Claudette Buttigieg li ppruvat timminimizza l-każ, billi rrepetiet li qal Beppe Fenech Adami: Cioe’, li kieku hi kienet Alex Borg, ma kenitx tagħti kas li nkiteb fuqu, u minflok, kienet tagħżel li tipproteġi lill-partit u mhux tipprova tiskorja xi punti politiċi!’
Biex jirribatti din l-assurdita’, Alex Borg hu rrappurtat li qajjem il-fatt kif il-Ħadd filgħodu, Michael Fenech Adami (ħu Beppe u wkoll ħaten Kevin Cassar) li beda jibgħat l-artiklu lit-tesserati tal-PN permeżż tal-WhatsApp, u dan bl-iskop li jxerred b’kemm jista’ l-impatt tal-artiklu, u fl-istess ħin iħammġu mat-tesserati.
Kien f’dan il-mument, u f’dan il-mument biss li tniffes Bernard Grech: ‘allura? xi tridni nagħmillu lil dan?’
Il-bqija, il-mument l-ieħor li qal xi ħaġa Bernard Grech waqt il-laqgħa tal-bieraħ kienet meta Alex Borg introduċa s-suġġett tal-attakk kontrih minn Kevin Cassar u għaliex Grech ma kienx qed jiddefendih, instema’ jwieġbu: ‘meta attakka dan l-aħħar it-tmexxija tiegħi Karmenu Galea (li jiġi ħaten Adrian Delia) int iddefendejtni?‘
B’Alex Borg iwieġeb li Karmenu Galea is his own man u mhux kandidat, uffiċċjal jew attivist tal-PN, il-fatt jibqa’ li Kevin Cassar kien u għadu Kandidat tal-PN u attivist ferventi ta’ Repubblika.
Grech injora dak li kien għadu kif sema. u ma offra l-ebda kenn lil Alex Borg.