Għedtilkom li s-sitwazzjoni fil-Partit Nazzjonalista se tieħu vampa.
Dak li għamel dalgħodu l-kirurhu Kevin Cassar, f’isem il-fazzjoni militati u estrema tal-PN mmexxija mill-aħwa Karol u Robert Aquilina wasslet biex mijiet ta’ partitarji jiżvugaw ir-rabja tagħhom għal dak li qed iseħħ fil-partit tagħhom, b’Repubblika tieħu l-kontroll assolut tad-Dar Ċentrali.
F’dan l-sifond kollu, Bernard Grech, jibqa’ passiv, mutu u qaas ħareġ jiddefendi lil Alex Borg b’sentenża waħda li hi waħda.
Prattikament hu dgħajjef u jibża minn kulħadd, inkluż minn dellu stess u dalgħodu f’Birkirkara kien moħħu biex jispara ċ-ċuċati, fosthom li jrid 10% tal-ħaddiema Maltin jibdew imorru għax-xogħol bir-rota.
Il-kummenti fuq Facebook mill-partitarji Nazzjonalisti huma infikattivi għal-jiem ta’ taqlib li ġejjin, u dan kollu tort tal-kirirgu Kevin Cassar li issa mhux f’gazzetta waħda, iżda f’żewġ gazzetti fl-istess ġurnata għandu l-lussu li jispara fuq min irid, f’isem il-klikka ta’ Karol u Robert Aquilina,.
Li jkollok artikli fissi f’żewġ gazzetti kompetituri ta’ xuxlin fl-istess ġurnata hi ħaġa li ma teżisti mkien, iżda teżisti f’Malta fejn il-media hi indipendenti, b’aġenda wħada u esklussiva: Li kulħadd ikun servili lejn Repubblika!
Araw ftit mill-mijiet ta’ kummenti ta’ partitarji nazzjonalisti llum