Net News kienu ordnati minn Karol Aquilina biex jattakkaw lil One News għaliex bħali, rrappurtaw li Bernard Grech tela’ Għawdex biex jipprova jsewwi ftit mill-ħsara kbira li nħolqot b’riżultat tal-attakk fuq Alex Borg minn Kevin cassar, li jiġi ħaten Beppe Fenech Adami.
Tan-Net kienu ordnati jippruvaw jgħattu l-fatt li Alex Borg, il-Kelliem tal-PN għal Għawdex, irrifjuta li jkun Għawdex biex jilqa lil Bernard Grech u jkun miegħu waqt żjarat għand ażjendi u negożji Għawdxin, filwaqt li Grech xtaq ukoll jiltaqa’ ma’ xi kumitati li ħarġu b’ribelljoni kontra l-PN għaliex ma offra l-ebda protezzjoni lil Borg.
Tan-Net ħarġu bl-idea biżarra li jakkuzaw lil One News b’Fake News, menti l-Fake News wettquha huma, billi ħarġu l-istorja biex mingħalihom jitnejjku bin-nies, in partikolari lill-partitarji Nazzjonalisti.
F’ritratti li l-PN stess ippubblika fuq l-istories tal-paġna Facebook ta’ Bernard Grech toħroġ il-prova tal-asssenza ta’ Alex Borg.
MISSING IN ACTION: Għidulna fejn hu Alex Borg?
Alex Borg fil-fatt ma jidher imkien, anżi, fir-ritratti għand Magro Brothers, ngħataw prominenza Chris Said, Beppe Galea, Luke Said u Frank Tabone.
Issa biex inqala’ saħansitra Chris Said għall-attivita tal-lum, wara li ddikjara li mhux ħiereġ għall-elezzjoni li jmiss, ci vuole!
Altru minn Fake News, its Real and coming in very heavy!