Meta wieħed iqis li l-Partit Nazzjonalista għal darb’ oħra ma ppubblikax il-kontijiet tiegħu, u l-famuż awditur li qal li sabu għadu mhux kapaċi joħroġ balance sheet waħda għal dawn l-aħħar ħames snin, wieħed jinduna li l-istat tal’ dan il-partit hu wieħed diżastruż u pparalizzat b’għemilu stess.
Bid-dejn issa jilħaq it-€42 miljun, il-PN hu partit pparaliżżat u issa qed jiffaċċja problema agħar: Dak li jonora mal-€5 miljuni f’ċedoli li ma jistax jonora mal-partitarji tiegħu stess.
Imkejja infurmati spjegawlna li t-tmexxija tal-PN qed ikollha ħafna argumenti ma’ partitarji li qed imorru biex jie]du flushom lura, u qed jgħidulhom biex jaqilbuhom donazzjoni għaliex m’hemmx minn fejn jit]allsu.
]afna minn dawn il-partitarji spiċċaw f’argumenti sħġan u saħansitra jheddu lill-uffiċċjali tal-PN li se jiftħu kawżi kontra l-partit, għaliex għandhom kuntratt iffirmat ta’ self biċ-ċedoli u mhux donażżjoni.
Ħafna miċ-ċedoli huma għal eluf ta’ Ewro, fil-maġġoranża tagħhom anżjani li fdaw lill-PN bit-tfaddil tagħhom, u lanqas ma qalulhom li kien self ‘unsecured’ u biegħhom bħal speċi ta’ bonds, li rriżultaw li ma kienu xejn għajr ‘junk bonds’.
L-iskema, mibdija minn Simon Busuttil u Anne Fenech għandha l-potenżjal li tisplodi mal-ħin f’iċċ il-PN bħala entita u tista’ tiffaċċja konsegwenżi serji ħafna mar-regolatur tas-suq finanżjarju.
Anżjan li kellimna, spjega li afda fil-PN u tahpm €15,000 f’ċedoli li kellhom jissarfu wara ħames snn, iżda spiċċa biex sab partit jimplorah biex idawwarha f’donazzjoni, bi jsur tal-ftehim ffirmat bħala self.
Is-sors qalilna li spjegalhom li dawk il-flus ġejjin mit-tfaddil tiegħu u issa li għalaq 70 sena, ried jagħti l-flus lil uliedu.
Esġerti finanżjarji sphegawlna li l-iskema taċ-ċedoli tixbaħ ħafna l-frodi enormi li kien sar mill-Parmalat, fejn fuq ix-xejn inħarfġu bods biex tħallsu d-djun mal-banek, li xorta iżda ma kienux biżżejjed biex ikopru l-ħofra finanżjarja.
Din taċ-ċedoli bdiet tieħu s-sura ta’ reat kriminali serju, fejn partit bħala entita fdata mill-partitarji, wassal lill-istess partitarji biex isellfu l-flus meta kien jaf li ma seta’ qatt ikun f’pożizzjoni li jħallas lura.