Bl-aħħar survey tal-MaltaToday jiftaħ beraħ kriżi ġdida u profonda fil-Partit Nazzjonalista, fgid-Dar Ċentrali hemm apatija kbira, tant li Deputati Nazzjoanlisti qed jiżvugaw il-frutrtazzjoni tagħhom għall-assenza totali tal-Whip Paula Mifsud Bonnici, li għadha lanqas qalet jekk se jitlaqqax il-Grupp Parlamentari biex jiddiskuti propju din il-kriżi.
Deputati li tkellmu magħna bil-kundizzjoni li jibqgħu anonimi, spjegaw lil dan is-sit kif l-għada tal-pubblikazzjoni tas-survey mill-MaltaToday, fid-Dar Ċentrali kien hemm skiet perfett, fejn “ħadd ma jrid jgħid xejn, jew jirreaġixxi għal xejn.”
“Hemm apatija kbira” qalilna Deputat, li żied kif wħud mis-Segretarjat tal-Kap Bernard Grech qas qed isegwu xejn mir-reazzjonijiet tal-mijiet ta’ partitarji li huma rrabbjati għas-skiet itarrax tiegħu.
Fl-istess ħin, id-Deputati jidher li qatgħu qalbhom li Bernard Grech se jismax mill-partitarji li jqed jieżiġu dikjarazzjoni ta’ disassoċjazzjoni minn mal-militanti estremi fil-PN, u li jkun kapaċi jwaqqaf lill-aħwa Karol u Robert Aquilina milli jikonsolidaw aktar kontroll fuq l-istrutturi kollha tal-Partit.