Alex Borg fuq il-kontra-attakk.
Fuq Facebook, id-Deputat Nazzjonalista Għawdxi kiteb messaġġ xejn sottili lejn it-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista , fejn sosta fuq kif ‘in-nies, li jtellgħuna u huma wkoll li jniżżluna.’
Fi kliem Alex Borg li ġimgħa ilu kien fil-mira ta’ attakk kontrih minn Kevin Cassar, safa wkoll fil-mira ta’ Beppe Fenech Adami li uża s-survey tal-lum biex jattakkah u jgħid li minħabba ‘nies nħalek’ li l-PN ma jieħux ruħ.
Alex Borg kiteb dalgħodu: ‘Ma nistgħux naraw il-politika minn għajn waħda biss, fejn xi drabi nadottaw mentalità li żżommna lura flok timbotta ’l quddiem. Meta dan jiġri, in-nies mhux biss jitilfu l-fiduċja, imma jagħtuna l-messaġġ ċar li qed jistennew aktar minna.’
MESSAĠ GĦAL BERNARD GRECH
F’messaġġ kriptiku, iżda li jinftiehem li hu ntiż għal Bernard Grech, Alex Borg isehhaħ lill-PN biex ‘jekk verament inħobbu lil dan il-pajjiż – u lil dawk li emmnu fina – irridu nħarsu ’l ġewwa. Għax jekk ma nisimgħux issa, il-poplu jerġa’ jtina lezzjoni.’.
Il-messaġġ kien ovvju li kien dirett lejn Bernard Grech fejn qed isejjaħlu biex iħares il-ġewwa u jnaddaf lill-Partit Nazzjonalista mill-fazzjoni estremista li ħakmitu.
‘F’Għawdex, għalkemm il-Partit Nazzjonalista għadu fuq quddiem, ma jfissirx li jien nista’ npoġġi bilqiegħda u ngħolli idejja u ngħid: dmiri għamiltu.’ jgħisd Alex Borg.
