L-arja tqila u ta’ sfida fi ħdan il-Partit Nazzjonalista tinħass u qed tibda tidher kullimkien, partikolarment fuq Facebook fejn l-eks Kap Adrian Delia għaddej daqs ferrovija, jwieġeb u jikkumplimenta lil partitarji li qed iħeġġuġ iżomm sod ma’ Alex Borg fil-konfront tal-fazzjoni militanti u estremista tal-aħwa Karol u Robert Aquilina.
F’wieħed mill-kummenti, Delia jikteb: ‘il-messaġġ tiegħi hawnhekk hu ċar. Ejjew nuru li aħna magħqudin, għaliex emmnuni li tkun taħt attakk ġurnata wara l-oħra, m’hix ċajta”.
“Li tipprova tkisser politiku żagħżugħ promettenti mhix ħaġa li wieħed għandu jieħu bħala ħaġa żgġura”, żied Delia.
Intant, bi tweġiba għal kumment ta’partitarju li qallu: ‘miegħek sal-aħħar kapo’, Delia wieġbu b’Like!