L-ewwel daħna miċ-ċumnija tal-Kappella Sistina hi mistennija għall-ħabta tas-7.30pm, wara li -133 Kardinal jibdew jiddeliberaw fuq is-suċċessur ta’ Franġisku.
Bl-għajta ta’ ‘Extra Omnes’ – kulħadd barra – il-bibien tal-Kappella Sistina mistennija jingħalqu għall-4.30pm fejn għandhom isiru l-ewwel żewġ votazzjonijiet.
Il-Kardinal Mario Grech jitqies fost il-lista ta’ ‘Papabbli’ fil-Konklavi tal-lum
Bil-media kollha tispekula min jista’ jkun li jilħaq Papa, l-aqwa risposta kienet tal-Kardinal Taegle li sostna li l-Konklavi hu eżerċizzju fejn ‘kulħadd jidħol Papa, u kulħadd – għajr wieħed – joħorġu Kardinali’.
Min se jilbes il-libsa l-bajda bħala l-Papa l-ġdid?
Mil-lum wara nogsinhar, il-Kardinali, li jinkludu l-Għawdxi Mario Grech, se jkuu qed jgħixu ħajja ta’ reklużi, fejn kemm huma u l-istaff Pontificia huma marbutin ma’ numru ta’ regoli antiki u iebsin, lkoll marbutin b’segretezza u non-komunikazzjoni.