Mark Camilleri qed jitlob għall-finanżjament ta’ €50,000 mingħand il-pubbliku biex isostni portal tal-aħbarijiet, li minflok aħbarijiet jagħtik attakki kontra l-Labour, kontra l-Laburisti, u meta jgħid li joħroġ aħbar, joħroġ b’informażżjoni żbaljata!
L-aħħar waħda kienet dalgħodu meta attakka lill-Avukata Maria Sara Vella, fejn akkużaha li qiegħda fuq it-team ta’ difiża ta’ persuna li bħalissa għaddejja ġuri dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia u tal-Avukat Carmel Chircop,
Maria Sara Vella ilha li spiċċat mill-uffiċċju legali li semma’ mas-seba’ xhur ilu, u qatt ma ħadmet fuq il-każ li semma’
Iżda anki li kieku kienet inbvoluta mat-tim ta’ difiża tal-akkużat, Maria Sara Vella mhux Avukat?
Mela allura x’imisshom jagħmlu l-Avukati li jiddefendu kriminali magħrufa?
Il-Kamra tal-Avukati mmexxija minn Peter Fenech komdu b’dan l-attakk stupidu fuq il-kategorija>
Se jitkellem?
Dan hu ġurnaliżmu tar-raċanċ, mhux verifikat u sparat bl-addoċċ.