Il-Psiko terrorist Mark Camilleri – dak li ħa kuntratt ta’ €25,000 mill-Kunsill tal-Arti, li minnhom ħa diġa €10,000 pagament up-front, u li qed jitlob li jingħata €50,000 biex ikompli jista’ jivvomta fuq il-Labour, issa qed jikteb li l-Partit Laburista jeħtieġ jitlef l-elezzjoni ġenerali li ġejja.
Dan Mark Camilleri ma jistħix minn Alla li ħalqu, u wisq aktar ma jistħix min taħ il-kuntratt ta’ €25,000!
Tajba wkoll, mela jkun akkomodat b’kuntratt ta’ €25,000, akkomodat ukoll bi ħlas upfront ta’ €10,000 minnhom u dan il-psiko terrorista Mark Camilleri għaddej xalata jivvomta fuq il-Laburisti u l-familji tagħhom.
Lil dak il-bravissimu li approva dan il-kuntratt, issa spjega lill-Laburisti x’għadda minn moħħu biex approva dan il-kuntratt lill-aktar persuna kiesaħ, kattiv u tost li qatt ħolqot Malta.
Dan Mark Camilleri sara agħar minn ‘sidu’ Jason Azzopardi, u hu kattiv aktar minn Karol Aquilina.
Ma ninsewx kemm għoxa Mark Camilleri meta qabad u ppubblika c-chats privati kollha tad-Deputata Laburista Rosianne Cutajar, mhux biss bi ksur ta’ ordni tal-Qorti, iżda saħansitra f’mument ta’ tqala.
Issa wara li għadu ma xebgħax jgħajjar lill-Prim Ministru Robert Abela u martu Lydia, lill-eks Prim Ministru Joseph Muscat u martu Michelle, Ministri u esponenti tal-Partit Laburista, qed jikteb u jinsisti għal telfa elettotrali tal-PL u l-ħtieġa tagħha.
Camilleri mhux stupidu, iżda stupidu hu dak li approva kuntratt oxxen bħal dan lil Mark Camilleri.
Tgħidulix aktar li l-kuntratt ingħata bl-iskop li tinkixef il-verita’ dwar kemm hu merċenarju u ipokrita, Mark Camilleri. Din l-iskuża ma tagħmilx sens!
Dan kollu konna diġa’ nafuh, iżda żgur mhux li jkun aġevolat u mħallas bil-quddiem biex mingħalina akkwsitajna prova.
Issa dak li ffirma l-kuntratt għandu l-ewwel imur quddiem il-Laburisti u jispjegalhom din il-ġenjalita, u wara għandu jagħmel l-unika għażla li fadlitlu jew fadlitilha. Itlaq, irriżenja jew sparixxi!