L-eks Campaign manger ta’ Simon Busuttil, Caroline Muscat llejla ħarġet fuq l-attakk kontra Bernard Grech.
Caroline Muscat – permezz ta’ The Shift News – refgħet l-attakk għall-eqqel tal-Ġimgħa Mqaddsa, biex għajjret lil Grech ‘biċċa paljazza mxarrba’ kif ukoll għajjritu ikapaċi u inkompetenti.
L-artiklu ta’ caroline Muscat llejla fuq The Shift News
L-attakk ta’ Caroline Muscat, li serviet ukoll bħala News Editor ta’ The Times, hu sinifikanti ħafna f’dan il-mument ta’ taqlib kbir fi ħdan il-Partit Nazzjoanlista hekk kif nhar il-Ħadd li għadda kien ippubblikat survey fil-gazzetta MaltaToday li poġġiet lil Grech fi żvantaġġ ta’ 26 punt minn mal-Prim Ministru Robert Abela.
Caroline Muscat
Il-fatt li tkellmet Caroline Muscat hu sinifikanti ħafna, għaliex tirrapreżenta lill-militanti estremi tal-PN l-aktar lil Jason Azzopardi u lil Simon Busuttil, u ladarba kitbet, tista titfisser bħala il-bidu tal-agunija ta’ Bernard Grech bħala l-Kap tal-PN.