L-eks Membru Parlamentari Jeffrey Pullicino Orlando, sfida b’mistoqsija lil Fr, Joe Borg biex jgħid jekk is-Sibt Fr. Joe Borg hux se jkun qed jattendi jew jikkonċelebra l-funeral solenni ta’ Mons. Pawlu Cremona fil-Kon-Kattidral fil-Belt.
Permezz ta’ post fuq Facebook, Pullicino Orlando ngħaqad mal-kor ta’ eluf ta’ nies li qed jesprimu l-għadab tagħhom għal dak żvelat il-bieraħ minn Fr. Charles Tabone, li qal li Mons. Cremona kien toġġa taħt pressjoni enormi diretta u indiretta, u li dawn il-pressjonijiet wasslu għar-riżenja tiegħu mill-kariga ta’ Arċisqof fl-2014.
“…wara li kont bikkejtu lill-Arcisqof Cremona, u flimkien mal-“qaddisin” shabek, sfurzajtu jirrezenja? U dan ghax ma kienx ipaxxikom u joqghod jghajjar lill-Gvern Laburista. Knowing you, ma trid xejn biex tmur tippoppa sidrek fuq quddiem nett,” temm jgħid Fr. joe Borg.
