Jason Azzopardi issa qabad mal-Maġistrati Donatella Frendo Dimech u Brigitte Sultana.
Għaliex? Sempliċi…
Dawn iż-żewġ Maġistrati m’humiex fil-lista tal-’ ‘ispeed dial’ fuq it-telefon tiegħu, jew fil-lista għal-logħba tal-musical chairs li jħobb jilgħab fil-Qorti, biex ikun jista jara min hu ‘tal-Għassa’ biex quddiemhom ikun jista’ jitfa’ l-Inkjesti bl-addoċċ u mingħajr prova, basta jċappas lin-nies – Laburisti ovvjament.
Fi ftit kliem, biex Jason Azzopardi jitfa’ Inkjesta, irid ikun ċert li l-ġudikant ikun tal-istess fehma tiegħu, lecturer bħalu fl-Universita’, jiekol miegħu u jieħu l-kafe’ miegħu jew magħha.
Mhux xi sigriet fil-Qorti, li fid-diversi inkjesti li sejjaħ, saħansitra jitħalla ‘jmexxi’ hu lill-Maġistrat jew Maġistrata u saħansitra jindika l-indirizzi, l-ismijiet ta’ nies, dati u ħinijiet li għandhom jitħarrku, kif ukoll il-mistoqsijiet li għandhom isiru lin-nies li jissejħu.
Infurmati wkoll li anki min jissejjaħ jixhed, jiġi coached sew fuq x’għandu jingħad lill-Maġistrati Inkwirent (meta jintaqgħu).
Din hi raġuni għaliex Jason Azzopardi qed imexxi l-kruċjata f’isem Repubblika u jgħin lil sieħbu Karol Aquilina kontra r-Riforma tal-Gvern fil-Liġi dwar l-Inkjesti.
Bir-riforma, Azzopardi mhux se jkun jista jkompli din il-logħba politika moqżieża bil-Qrati, fejn ipoġġu ‘sħabu’.
M’inix qed nesaġera. Dawn fatti li jafhom kulħadd fil-Qorti. Isiru fil-beraħ quddiem in-nies.
Bħallikeiku ċerti Maġistrati m’għandhomx messaġġiera u skrivana magħhom li jaraw dan kollu jseħħ quddiemhom.
Jason Azzopardi ħasibna ċwieċ.
Iżda l-Qorti mhix l-uniku playground għal Jason Azzopardi.
Għandu wkoll il-‘ħbieb’ fit-Taqsima għall-Kontra r-Reati Ekonomiċi (FCID) fejn b’kumbinazzjoni dejjem isiru t-telefonati lejh mingħand ċertu Spettur jew Spetturi, jew surġenti, li huma ‘intimi’ fi skambju ta’ informazzjoni sensittiva fuq in-nies.
Issa se jeħodha kontra l-Maġistrati li ċaħdulu fl-Appell fit-talbiet li għamel għall-Inkjesti kontra l-Ministru Clint Camilleri.
Qed iqajjem dubji dwar il-Maġistrati. Temmnu imma?
Saħansitra kellu l-ardir jimplika Maġistrata bħala ‘kompliċi’ f’reat.
Insomma għal Jason Azzopardi, jekk ma jistax jilgħab, jagħmel minn kollox biex iħassar.
Din il-logħba issa tgħallimniha Jason, u għajnejna issa huma ffukati sew fuqek u fuq sħabek il-kollużi.