Ivan J. Bartolo, li qed jiddikjara li se jabbanduna lill-Partit Nazzjonalista, jeħtieġ issa u aktar minn qatt qabel, li jitkellem pubblikament u jiżvela x’qed jiġri fi ħdan il-PN.
Bartolo, meqjus bħala wieħed mill-aktar moderati fil-PN, hu mifhum li ddeċieda li jitlaq mill-PN u ma jerġax jikkontesta l-Elezzjoni Ġenerali li jmiss, mhux għal raġunijiet familjari kif kien irrappurtat, iżda – kif diġa’ rrappurtajna – ma jiflaħx aktar għal kif il-PN spiċċa nħataf minn Karol Aquilina f’isem l-establishment militati tal-partit.
Ivan J. Bartolo kellu għadd ta’ clashes ma’ Karol Aquilina, partikularment fuq l-imġieba xejn dekoruża fil-Parlament, speċjalment fil-konfront tal-awtorita’ tal-iSpeaker b’xenati kontinwi u b’diskors ta’ sfida u dispreġġattiv lejn is-Sedja.
Infurmati li regolari qed ikunu l-argumenti bejn Aquilina u Bartolo fil-kurituri tad-Dar Ċentrali, kif ukoll argumenti oħra mal-Kap Bernard Grech, fejn Bartolo saħansitra sfida li Grech biex jassumi r-responsabbilta’ tiegħu u jkeċċi lil Aquilina.
Nifhmu li Bartolo mhux biss ħabbar li ma jridx jerġa jikkontesta l-elezzjonijiet f’isem il-PN, iżda saħansitra hedded li r-riżenja tiegħu mill-PN hi imminenti.
Quddiem l-impotenza ta’ Bernard Grech li jwaqqaf lil Aquilina milli jkompli jkaxkar lill-PN lejn kampanja perikolża ta’ diżubbidjenza ċivili bl-għajnuna ta’ ħuħ Robert ta’ Repubblika, allura l-poplu u l-partitarji nazzjonalisti jippretendu li Ivan J. Bartolo għandu jkun Malti biżżejjed hu, li jitkellem u jiddenunżja kollox fil-pubbliku.
Ivan J. Bartolo jaf li l-periklu Aquilina mhux biss għall-PN, iżda hu periklu għal Mlata u l-impjiegi tal-ħaddiema u s-serenita’ tal-familji u tan-negożji Maltin.
Ivan J. Bartolo, ITS TIME FOR YOU TO BE A MAN AND SPEAK UP!