Ivan J. Bartolo mhux biss dde`ieda li ma jerġax jikkontesta l-Elezzjoni Ġenerali li jmiss, iżda saħansitra wasal biex jinforma lill-Kap Nazzjonalista Bernard Grech, li xeba’ u li mhux se jkun parti mill-pjan djaboliku u militanti ta’ Karol Aquilina li litteralment sar jiddetta kollox fil-Grupp Parlamentari.
Dan is-sit hu infurmat li fil-jiem li għaddew, Ivan J. Bartolo ikkonfronta b’saħħa lil Karol Aquilina, fejn qallu ċar u tond biex ma jinvolvih fl-ebda strateġija ta’ diżubbidjenza ċivili.
Barolo, meqjus bħala fost l-aktar moderati fil-PN ikkonfronta lil Karol Aquilina fuq l-attitudni aggressiva tiegħu fil-Parlament il-ġimgħa li għaddiet, meta qabad u għajjar lill-Ispeaker Angelo Farrugia.
Ninsabu infurmati li kemm fil-Grupp Parlamentari, kif ukoll fil-kurituri tad-Dar Ċentrali, Ivan J. Bartolo kkonfronta sew lil Aquilina fejn akkużah li se jkun il-kaġun ta’ telfa oħra elettorali tal-PN.
Fl-istess ħin, Bartolo nsista ma’ Bernard Grech li għandu jieħu azzjoni kontra Aquilina u jwaqqfu milli jkompli jagħmel ilħsara lill-PN.
Bartolo ta ultimatum sal-lum lil Bernard Grech, biex jew iukeċċi lil Aquilina mill-Grupp Parlamentari, jiddixxiplinah għal għemilu, jew inkella se jħabbar ir-riżenja tiegħu.
Ivan J. Bartolo mhux ċuċ. Fehem sew il-logħba ta’ Karol Aquilina, tant li qallu speċifikament li dak li qed jagħmel billi jwasslu għar-riżenja, hi ntiża li twitti t-triq biex Jason Azzopardi jitla fil-Parlament bil-by-election, peress li kien ikkontsta fuq l-istess distretti.
Id-dilemma ta’ Bartolo tibqa’ jekk jitlaq, ipoġġi lill-PN f’aktar periklu ta’ militantiżmu, fejn il-pjan ta’ Aquilina jkompli jissaħħaħ, u dan Bartolo assolutament ma jridx li jseħħ.