Il-Maltin, l-aktar il-partitarji Nazzjonalisti, qed jistennew lil Ivan J. Bartolo, Alex Borg u lil David Agius jkunu rġiel, patrijotti u fuq kollox kuraġġjużi biex jiddenunżjaw lil Karol Aquilina għall-imġieba tiegħu fil-konfront tal-awtorita’ tal-iSpeaker, u l-fatt li ħa l-kontroill assolut tal-Partit f’idejh.
Ma jiswa’ xejn li dawn it-tlett Deputati Nazzjonalisti jitkellmu fil-privat fuq il-frustrazzjoni u l-inkwiet tagħhom dwar Karol Aquilina.
Il-Maltin – l-aktar il-partitarji Nazzjonalisti – xebgħu bix-xenati insensati ta’ Aquiina, u l-kampanji aggressivi tiegħu u ntiżi biex ixewxu d-diżubbidjenza ċivili.
Ninsabu nfurmati li Ivan J. Bartolo, Alex Borg u David Agius huma mxebba’ bis-sitwazzjoni li qed tkompli tiddeġenera fi ħdan il-PN, u qed jesprimu ma’ dicersi nies it-tħassib serju tagħhom dwar il-perikolożita’ ta’ Aquilina, hekk kif issa ħa taħt idejh il-kontroll tal-PN minn idejn Bernard Grech, u anki tal-Grupp Parlamentari.