F’tentattiv iddisprat li Repubblika jkollha kemm jista’ jkun appoġġ għall-kampanji estremisti tagħha kontra l-Gvern Laburista, Manwel Delia dalgħodu tagħna ħjiel li nibtet alleanza strateġika bejn Repubblika u l-iffissat li jakkwista siġġu x’imkien, jiġi fejn jiġi, Arnold Cassola.
Bil-parteċipazzjoni fil-protesti ta’ Repubblika, il-kummenti estremi fuq Facebook, is-sensiela ta’ lmnenti mressqu quddiem il-Kummissarju għall-Istandards, Arnold Cassola qed jagħmel minn kollox biex jakkwista rilevanża u viżibilita’ għall-partit tiegħu.
Arnold Cassola hu ddisprat li jakkwista siġġu x’imkien.
Konvenjentement ma jfakkar lil ħadd li dan abbanduna kull interess Malti meta fl-2006 kien elett bi skerż fil-Parlament Nazzjonali Taljan, imbgħad minn Kunsillier fis-Swieqi mar Segretarju ġenerali tal-Ħodor Ewroej, u ttanta li jkun MEP u Deputat Parlamentari għal dawn l-aħħar 30 sena.
Boil-mod kif tkellem dwar il-“missJoni” ta’ Cassola, l-attivist ta’ Repubblika Manwel Delia indika li kienet issiġillata l-alleanza bejn Repubblika u Cassola.
Cassola beda n-narrattiva ta’ ‘dittatorjat’ u li l-Prim Ministru Robert Abela hu ‘dittaur’
Insomma hi alleanza komda għal cassola li fuq kollox se jtellef lill-PN il-voti, kif dejjem agħmel fuq kollox, u li fil-fatt dak li trid Repubblika, biex tibqa’ hi l-Play Maker għall-PN.