Issa li l-Avukat ta’ Repubblika Jason Azzopardi rnexxielu jakkwista multa ta’ €1,000 bi ħtija għal disprezz lejn il-Qorti billi ġibed filmat illegali fil-bini tal-Qorti stess, jista’ jibqa’ jagħti lectures lill-istudenti tal-Liġi fl-Universita’ ta’ Malta?
Żgur li le! U t-tmexxija tal-Universita’ ta’ Malta teħtieħ tieħu kont tal-imġieba ta’ Azzopardi bħala avukat u lettur fil-Fakulta’ tal-Liġi, billi f;=ewwel tlett xhur ta’ din is-sena diġa akkumula mat-€8,000 f’pieni u multi minn kawżi fil-Qorti.
Filwaqt li Azzopardi nstab ħati li gideb fuq id-Deputat Laburista Carmelo Abela u weħel €7,000 f’libell, li gideb kontra s-Segretarju tal-Kabinett Ryan Spagnol, li llum weħel €1,000 f’disprezz lejn il-Qorti u akkwista rekord kriminali, u l-ammont ta’ talbiet għal inkjesti abbużivi u frivoli li ntefgħu ‘l barra mill-Qorti, issa r-Rettur tal-Universita’ ta’ Malta ma jsitax jibqa’ jinjora u jħallih ikompli jgħallem lill-istudenti tal-Liġi.
Fl-sitess ħin, Jason Azzopardi qed iżomm mistura l-investigazzjoni li għaddejja mill-FIAU kontrih fuq ġid inspjegabbli u evażjoni fiskali.
Fl-istess nifs, tista l-Kamra tal-Avukati, mmexxija minn ‘sieħbu’ Peter Fenech jibqa’ jħalli lil Jason Azzopardi jkompli bil-warrant ta’ avukat?
Issa li l-poplu qed jixba minn din l-i mpunita’ istituzzjonalizzata mill-establishment, wasal iż-żmien ta’ azzjoni fil-konfront ta’ Jason Azzopardi li qatt ma wera ħniena lejn l-avversarji tiegħu u bena l-popolarita’ tiegħu billi xerred il-gideb u pprova jkisser lin-nies, basta li huma ta’ fehma Laburista.