L-eks Kap tal-komunikazzjoni tar-Radju tal-Knisja u eks President tal-Istitut tal-Ġurnalisti Sylvana Debono, esprimiet ‘solidarjeta’ man-Nutar Robert Aquilina fl-isfond tal-istqarrija tiegħu wara l-interrogazzjoni tal-Pulizija fuq allegat każ serju ta’ vjolenża domestika fuq martu.
Din is-‘solidarjeta’ ta’ Sylvana Debono issorprendiet lil ħafna għaliex hi ironika kif qed tesprimi simpatija mal-allegat aggressur ta; vjolenża domestika u mhux lejn martu l-vittma, hekk kif l-istes Debono ta’ spiss tkellmet u ppromoviet kampanji kontra l-vjolenza domestika.
Iżda għal Sylvana Debono, dan kollu ma jgħoddx.
Robert Aquilina hu pur daqs il-borra u rett daqs ir-riga li biha jkejlu l-ħajja tal-qaddisin.
Għal Sylvana Debono – bħall-bqija tal-kredenti tal-Vanġelu skont Repubblika – Robert Aquilina hu l-eċċeżżjoni!
Dnub li mal-kumment tagħha, ma kienx hemm ukoll ritratt tagħha ma’ Dun Joe ‘Beirut’ Borg.
Ġejja bis-‘solidarjeta’ dalgħodu!