Ir-ritratt pubblikat minn maltaToday ta’ Robert Aquilina dieħel fil-bitħa tas-CID biex ikun interrogat u miżmum mill-Pulizija tat-Taqsima għal Kontra l-Vjolenża Domestika hi sinifikanti ħafmna.
F’dan ir-ritratt, hemm ir-rakkont tal-ġarfien tal-mit falż li nħoloq madwar Robert Aquilina bħala l-‘Paladin tar-Rule of ;aw’ – Dak li jagħmel wiċċu mal-poplu Malti bħala l-‘puritan’ u l-mibgħut minn Alla’ għall-ġustizzja u l-governanża.
RITRATT/ MaltatODAY: Robert Aquilina dieħel il-bitħa tas-CID biex ikun interrogat bħala suspettat
Wara dik il-faċċata iżda, hemm rakkont ta’ xhud importanti.
Dak ix-xhud hu l-Pulizija li l-iStat żamm għassa mal-bieb ta’ Aquilina għall-protezzjoni tiegħu, iżda l-bieraħ serva d-dmir tiegħu biex jipproteġi lil mart Aquilina, wara li intervjena immedjatament kif sema’ l-għajjat u t-twerżiq tagħha u titlob għall-għajjut.
Aquilina ipprova jimminimizza u qallu ‘ma ġara xejn’ iżda l-mara intervjeniet u talbet għall-assistenża li kienet immedjata, u evakwat lil-mara mir-residenża u ngħatatilha l-protezzjoni kollha.
Dan il-Paladin tar-Rule of Law jinsab id-Depot f’dan il-ħin, jirrispondi għal għemilu fl-istess kmamar ta’ interrogazzjoni fejn meta kienu fihom Keith Schembri, Brian tonna, Malxolm Scerri u tant nies oħra, tgħidx kemm żeblahom u għajjarhom kriminali.
Il-Paladin tar-Rule of Law li jitkaża b’kulħadd u saħansitra jmur barra d-Dar ta’ Joseph Muscat u barra l-ufficcju tiegħu, iwaħħal posters b’titli vvintati u jrewwaħ kampanji ta’ destabilizazzjoni ta’pajjiż flimkien ma’ ħuħ karol u sieħbu l-ieħor li għadu kif ħie kkundannat €1.000 multa għal dispreżż lejn il-Qorti.
Robert Aquilina, in-Nutar tal-Kurja li jsostni kemm ‘Daphne kellha raġun!’ il-ħabib ta’ Alessandra dee Crespo, il-Kanċilliera tal-Kurja, taħsibhom kollha dekani tal-vatikan kollha mwielda immakulati u bla tebgħa daqs il-Verġni Marija Santissima.
L-agħar hi l-ipokreżija, meta titpprotesta, tikkundanna u ssejjaħ għar-riżenja tal-Ministru Byron Camilleri u ta’l-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafa wara li nħareġ ir-rapport tal-inkjesta dwar il-qtil ta’ Bernice Cassar, vittma ta’ vjolenża domestika.
Robert Aquilina kien fuq quddiem tal-protesta għaliex kien insista propju biex vittma li tkun meqjusas bħala ‘high risk’ f’każ ta’ vjolenża domestika, għandha tingħata l-protezzjoni kollha tal-Istat, l-ewwel bl-arrest immedjat tal-aggressur.
F’dan il-każ, Robert Aquilina sab Maġistrat ħelu ħafna, li ċaħad it-talba tal-Pulizija għall-ħruġ ta’ mandat għall-arrest fil-konfront tiegħu.
Robert Aquilina li seta’ ffaċċja l-ħabs ta’ Kordin ngħata trattament super speċjali u privileġġjat inaċċettabbli.
Ha naraw it-Tabib Kevin Cassar x’se jgħid fuq din!
Robert Aquilina li jisfida lill-Kummissarju barra d-Depot u jgħajjru biex jintimidah wara li l-Qorti ordnat passi kontrih fuq il-leages mill-Inkjesta Pilatus, u sal-lum ma sar xejn.
Iżda llum Robert Aquilina daq is-CID, fejn jista’ jgġid tassew kemm kellha rapun Daphne: There are Criminals Everywhere You Look!
Paladini tal-Rule of Law!
Jaqq x’ipoktriki