Id-Deputat Mexxej Laburista u MEP Alex Agius Saliba esprima l-konvinżjoni tiegħu li l-każ kontra l-eks Prim Ministru Joseph Muscat fil-Qorti, ‘se jikkollassa,’
F’intervista ma’ The Malta Independent On Sunday, Alex Agius Saliba sostna li filwaqt li mhux se jattakka lill-ebda membru tal-ġudikatura, jemmen iżda li l-affarijiet kienu ċari sa mill-bidunett li tħabbar l-għeluq tal-Inkjesta, li b’kumbinazzjoni habtet mal-ftuħ tan-nomini għall-eleżżjonijiet tal-parlament Ewropew.
Agius Saliba qal ukoll li quddiem dak li qed ikun żvelat fil-Qorti mill-esperti, xejn ma joffri serħan il-moħħ li Inkjesta li swiet il-miljuni kbar ta’ Ewro, ma saret bit-trasparenża meħtieġa, jew bil-galbu meħtieġ.
Id-Deputat Mexxej Laburista temm billi esprima l-konvinżjoni tiegħu li l-każ kollu li nbena biex kien akkużat l-eks Prim Ministru Joseph Muscat se jikkollassa, kollu kemm hu.