Ara ħaqq għall-paċenżja!
Issa żgur, imma żgur li l-Maġistrat Gabriella Vella ma tistax, imma veru ma tistax tgħid li din kumbinazzjoni, żinn, jew mod ieħor!
Din ħadma, u ħadma sew. Xejn anqas u xejn aktar!
Anżi, din hi persekużżjoni oxxena u moqżieża, u xi ħadd irid iħallas il-preżż ta’ dak li sar fil-konfront ta’ għadd ta’ persuni, fosthom kontra l-eks Prim Ministru Joseph Muscat, l-eks Ministrui Chris Fearne, Konrad Mizzi u Edward Scicluna.
B’dawn ir-rivelazzjonijiet kollha, wasal il-mument li l-każ kollu għandu jkun xolt u jkunu liberati Joseph Muscat u l-akkużati kollha f’dan il-każ-persekuzzjoni kontrihom.
Hi inkjesta mibnija fuq ir-ramel, u dak li kien qal Joseph Muscat qed iseħħ u jiżvolġi quddiem għajnejna minuta b’minuta.
RESQIN LEJN IS-6 ESPERT BIL-KUMPANNIJA
FIL-PROĊESS TA’ XOLJIMENT
Issa llejla, ċirasa oħra fuq il-kejk, għax milli jidher hemm ukoll is-sitt espert li bl-għeġubijiet kollha, ukoll, qed ixolji l-kumpannija. L-aqwa li tħallsu l-miljuni minn flus il-poplu Malti u Għawdxi.
L-aħħar esperta magħżula mill-Maġistrat Vella, li bdiet taħseb biex tagħlaq il-kumpanija tagħha, hi Jill Kennedy ta’ 52 sena, mill-Irlanda wkoll.
F’aħbar żvelata minn One News illejla jispjega kif Kennedy applikat biex tagħlaq il-kumpanija tagħha, bl-isem ta’ Athena Insights Limited, tlett ijiem biss ilu, nhar is-7 t’April.
Kennedy hi waħda mill-firmatarji tar-rapport finali, li ġie ppreżentat lill-Maġistrat inkwirenti fid-19 t’April 2024.
Qabel inħatret bħala esperta mill-Maġistrat Vella, fuq parir ta’ Jeremy Harbinson, il-kumpanija ta’ Jill Kennedy kienet ukoll fi problemi finanzjarji. Teknikament kienet falluta, tant li ma kellhiex minn fejn tħallas lill-kredituri tagħha u lanqas kellha assi oħrajn li setgħu jagħmlu tajjeb għal dan.
Iżda, bħal oħrajn qabilha, il-ħbiberija ta’ Kennedy ma’ Harbinson spiċċat għamlet id-differenza finanzjarja kollha.
Harbinson ippropona lill-ħabiba tiegħu lill-Maġistrat Vella li, min-naħa tagħha, ħatritha bħala esperta fl-inkjesta fit-2 ta’ Settembru tal-2020 u ġiet salvata minn falliment.
Fil-fatt, mill-2021 sal-2024, ir-riżultati finanzjarji tal-kumpanjija ta’ Jill Kennedy tjiebu sena wara l-oħra, sakemm il-ħlasijiet mill-inkjesta baqgħu ġejjin.
Meta dawn waqfu, il-kumpanija reġgħet bdiet sejra lura u Kennedy issa trid tagħlaqha.
L-ESPERTA QED TIEĦU L-PREKAWŻJONIJIET BIEX TIPPROTEĠI
LILHA NFISHA MIT-TAĦWID LI ĦIEREĠ
Esperti finanzjarji, li tkellmu ma’ ONE News, qalu li Kennedy qed tieħu l-prekawzjonijiet biex ma tesponix ruħha minħabba t-taħwid li ħiereġ mill-inkjesta. Dan anke jekk ir-responsabbiltà tagħha hi kbira, ladarba hi waħda mill-firmatarji tar-rapport ippreżentat lill-Qorti u, fuq il-bażi tiegħu, inħarġu sensiela twila ta’ akkużi mill-aktar serji kontra numru ta’ persuni, fosthom l-eks Prim Ministru Joseph Muscat.
L-istess esperti spjegawlna li Kennedy u sħabha huma obbligati li jagħtu raġuni soda għaliex issa qed jindikaw din il-biża’ mill-konsegwenzi ta’ dak li approvaw fir-rapport tagħhom li, fi kliem, Jeremy Harbinson hu “rapport ta’ kwalità”, kif iddikjara fl-affidavit li bagħat lill-Qorti fl-10 ta’ Frar li għadda.
Minbarra dik ta’ Kennedy, ONE News ukoll żvela l-għeluq ta’ erba’ kumpaniji ta’ daqstant esperti qabel.
Dawn Harbinson Forensics Ltd tal-istess espert ewlieni Jeremy Harbinson, The Fraud Company Limited ta’ Sam Sittlington, Rhinoconsulting AML Ltd ta’ Andy Coles u Churchill Fraud Solutions Limited ta’ David Churchill.
Fi ftit bkleim: Oxxeni! Ma jafux jistħu!
Dan il-każ għandu jkun xolt u mhux il-kumpanniji tal-esperti.