Hi ovvja, hi ċara u sfaċċata!
Ta’ Repubblika għamlu minn kollox biex influwenżaw kontra l-għażla ta’ Edward Zammit Lewis u Veronique Dalli għall-Qorti Ewropea, u joħroġ issa li jridu jpoġġu persuna minn tagħhom f’din l-istituzzjoni Ewropea.
Il-manuvri ilhom għaddejjin fi Brussels u fil-Lusssemburgu, fejn esponenti ta’ Repubblika kontinwament għamlu pressjoni biex ma jintgħażlux Zammit Lewis u Salli għall-kariga ta’ Mħallef fil-Qorti tal-Ġustiżżja Ewropea.
B’kumbinazzjoni, f’post fuq Facebook, Repubblika issa ħarġu jsejħu għal nomina ‘indipendenti’ u bi kredenżjali ‘immakulati’.
B’kumbinazzjoni wkoll nsiru nafu li Repubblika qed jimbuttaw lill-attivist tagħhom stess u li ilu jaħdem fl-istituzzjonijiet Ewropej għal dawn l-aħħar 19-il sena.
Jismu Jacques Rene Zammit, prim kuġin ta’ Nathaniel Attard, il-Kap tal-uffiċċju Komunikazzjoni tal-Partit Nazzjonalista.
Jacques Rene Zammit ilu s-snin jikteb kontra l-Gvern mmexxi mil-Partit Laburista fi blogs u f’artikli fuq il-gazzetti lokali.
Jacques Rene Zammit jrid il-kariga ta’ Mħallef fil-Qorti Ewropea b’saħħa kbira, u kien fost dawk li ħadem mal-Qorti Ewropea biex Edward Zammit Lewis u Veronique Dalli ma jgħaddux mill-proċess tal-għażla.