Din tal-lejla fejn Bernard Grech qal ma’ LovinMalta li l-Pulizija għandha tinjora ordni speċifika tal-Qorti u b’hekk m’għandhiex tinvestiga lil Robert Aquilina fuq il-leaks mill-Inkjesta Maġisterjali dwar il-Pilatus Bank, hi oħra li tingħaqad mas-sensiela twila ta’ gaffes, pożizzjonijiet assurdi u irresponsabbli li jkomplu jgħoddsu lill-PN fl-abbiss tal-irrilevanża.
Hemm ħafna li jieħdu għalihom meta jaraw li l-PN sar il-joke nazzjonali.
Per eżempju, poġġi lilek nnifsek fiż-żarbun ta’ partitarju Nazzjonalist, u l-Ħadd li għadda taqra fil-MaltaToday li għal darb’ oħra u għal sena oħra, il-PN reġa’ ma ppreżentax l-accounts tiegħu kif titlob il-Liġi.
Bernard Grech ħasel idejh u weħħel fl-awditur, liema awditur hu ineżistenti, għaliex l-ebda awditur ma jrid imiss mal-konfużjoni u mat-taħwid fil-finanżi tal-PN.
L-ebda awditur ma jrid ipoġġi ismu u l-firma tiegħu fuq l-accounts tal-PN, għax jispiċċa hu l-ħabs u jitlef il-warrant.
Kemm ilu Kap tal-PN Bernard Grech, il-PN ma ssottometta l-ebda rendikont finanżjarju, sena wara sena.
Qas il-partiti ż-żgħar bħal ADPD, Momentum u oħrajn, għax kollha ppreżentawhom, għax jirrispettaw il-Liġi.
Imma l-akbar Partit fl-Oppożizzjoni, li jipprospetta li jkun Gvern alternattiv jibqa’ juri li hu inkapaċi jkollu accounts suriet in-nies, ippubblikati fil-ħin u li jinżammu skont il-Liġi, hi inaċċettabbli u tal-mistħija.
Din il-ħaġa weħidha biss, hi biżżejjed biex twerer lil kwaunkew votant biex jafdahom fit-tmexxija tal-pajjiż.
Każin tal-banda wkoll jitmexxa aħjar mill-PN.
U jgħiduli li mhux veru li -PN sar joke nazzjonali!