Jekk qatt kien hemm konferma li l-Qorti ta’ Malta sar litteralment ‘luna park’ kien propju llum.
F’xhieda ppreżentata mill-Avukat Ġenerali fil-ġuri kontra Robert Agius (Tal-Maksar) u Jamie Vella, dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, l-Avukat Ġenerali tella’ fuq il-pedana tax-xhieda lil ċerta Nicole Brignone, li milli jidher, minn jhedda, fl-2022 kienet marret għand l-awtoritajiet biex tgħidilhom li kellha informazzjoni fuq l-allegat involviment ta’ Joseph Muscat u Keith Schembri fil-qtil ta’ Caruana Galizia.
Bla ma nvestiga u qies l-attendibilita’ tax-xhud u l-informazzjoni li tat Brignone, dalgħodu b’sorpriża għal kulħadd, kienet prodotta bħala xhud waqt il-ġuri kontra Agius u Vella.
Wara l-putiferju ġust li qajjem l-eks Prim Ministru Muscat għall-gideb sfaċċat ta’ Brignone – li l-istorja kriminali tagħha hi itwal mill-istorja millenarja ta’ pajjiżna – issa l-Avukat Ġenerali qed jattakka l-kredibilita tagħha.
Imma skużi mela għaliex ipproduċiha bħala xhud?
Għaliex ma nvestigax b’reqqa l-kontenut tas-suppost ‘informazzjoni’ li kellha Brignone?
Isa jiħi l-Avukat Ġenerali u jgħid li x-xhud mhux kredibbli?
Vera l-Qorti sar luna park!