Ma tridx tkun ġenju biex tinduna li ħniżrija tal-Avukat Ġenerali li jipproduċi xhud totalment inattendibbli li ssemmi lill-eks Prim Ministru Joseph Muscat tipiċċa mgħotija prominenza fit-Times, u tkun rappurtata saħansitra barra l-pajjiż.
Iżda, l-aġenda tikixef weħidha.
Għat-Times qed tirrapporta Monique Agius, li l-lanżita tagħha kontra Joseph Muscat hu aktar minn ċar, anżi tagħmilha ċara hi stess b’kitbietha stess tul is-snin.
Din Monique Agius, filjozza ta’ Dun Joe Beirut Borg kienet taħdem ma’ Newsbook, u issa ma The Times, u ħaġa tal-iskantament, għadha dieħla ma’ The Times, li ngħatat r-responsabbilta li tirrapporta hi biss il-ġuri dwar il-qtil ta’ Caruana Galizia.
Il-gidba ta’ Nicole Brignone dalgħodu, l-infih tal-gidba b’titlu li baqa’ sa issa fuq The Times, u l-proliferazzjoni tal-ħrafa mal-media internazzjonali, jġibu l-firma tal-istess aġenda: Dik anti-Muscat u l-Partit Laburista.
Ċara! Ħasbuna ċwieċ tat-Times u Herman Grech.