Kien identifikat bħala Joseph Farrugia, il-President tal-Kumitat Sezzjonali tal-Partit Nazzjonalista f’Ħal -Għargħur, il-persuna li allegatamentb hedded kemm lill-Viċi Sindku Francesca Borg kif ukol lill-kreditur Edwin Micallef biex ma jitkellmux kontra s-Sindku sgiduċjata tal-PN Helen Gauci.
Jingħad li Farrugia pprova minn kollox biex Helen Gauci ma tispiċċax sfiduċjata u lill-Kunsill Lokali jaqa’ taħt il-kontroll tal-Partit Laburista.
Joseph Farrugia, il-President tal-Kumitat Sezzjonali tal-PN f’Ħal-Għargħur
Hu mfhum li Farrugia hedded lil Francesca Borg, li rriżenjat mill-PN biex saret indipendenti, kif ukoll kkomunika ma’ Edwin Micallef, l-organizzatur tal-event tal-boxin li għandu jieħu mal-€23,500 mingħand Helen Gauci wara li din ddikjarat li se tagħmel tajjeb għall-ħofra li kien hemm fil-finani tal-attivita li saret sena ilu fil-pjazza tal-lokalita.
Edwin Micallef saħansitra mar jikkonfronta lil Bernard Grech fil-gargħur il-bieraħ filgħaxija, u qallu dwar it-theddid.
Grech minn-naħa tiegħu, imbarazzat u evidenti li ma kienx jaf x’kien għaddej ma setax jagħti risposti ċari għat-talbiet ta’ Micallef, li meta spjegalu li għandu jieħu €23,500, qallu: ‘tajjeb, tħallast imma hux?’
Micallef wieġbu: ‘le ma tħallast!’
U Micallef kien qed ikellmu propju dwar Hrelen Gauci li Grech kien fi-fatt fi-Għargħut biex jipprotesta kontra l-bidla fit-tmexxija tal-Kunsill Lokali.