Il-Partit Nazzjonalista qed jirrikorri għat-tattika moqżieża tal-intimidazzjoni fil-konfront tal-eks Viċi Sindku Nazzjonalista ta’ Ħal-Għargħur Francesca Attard, tant li nifhmu li qed jippruvaw idawru kollox kontriha u jinvolu lill-Pulizija.
Hu maħsub li l-PN qed jipprova jdawwar il-kanuni fuq Francesca Attard għat-‘tradiment’ tagħha li tmur indipendenti u li poġġiet il-firma tagħha għal vot ta’ sfiduċja fis-Sindku.
Dan l-aħħar żvilupp qed jitqies bħala mossa intimidatorja serja min-naħa tal-PN, talli din irriżenjat minn Kunsilliera u Viċi Sindku Nazzjonalista, biex saret indipendenti u poġġiet isimha mal-Kunsilliera Laburisti f’możżjoni għal vot ta’ sfiduċja fil-konfront tas-Sindku Helen Gauci.
Ir-riżenja ta’ Francesca Attard mill-PN, kif ukoll il-możżjoni ta’ sfiduċja fis-Sindku Helen Gauci huma marbuta ma’ allegazzjonijiet ta’ irregolaritajiet fl-amministrazzjoni tal-finanżi tal-Kunsill, kif ukoll dwar sensiela ta’ allegati deċiżjonijiet li ttieħdu mis-Sindku bla ma l-Kunsill jew ir-residenti kienu nfurmati.
Is-Sindku taħt sfiduċja Helen Gauci
Filwaqt li l-PN qed joħroġ b’saħħa biex isalva l-maġġoranża tiegħu fll-Kunsill ta’ Ħal-Għargħur, il-Każin Nazzjonalista tal-lokal żżejjen b’ritratti kbar tal-Kunsilliera eletti bin-numru ta’ voti miksuba fl-elezzjoni ta’ Ġunju tas-sena li għaddiet.
Flimkien mar-ritratti kbar, mal-faċċata tal-Każin Nazzjonalista tpoġġew ukoll tlett siġġijiet li jirrappreżentaw il-maġġoranża ta’ tlett siġġijiet miksuba mill-PN.
Il-faċċata tal-Każin tal-PN f’Ħal-Għargħur kif ntrema’ b’ritratti kbar tal-Kunsilliera u t-tlett siġġijiet fuq il-gallarija
Fost dawk li ħarġu b’saħħa kontra Francesca Attard u kontra l-Kunsilliera Laburisti hemm Beppe Fenech Adami li jgġix fil-lokal u qed jgħid ma’ kulħadd li l-Għargħur qatt ma jista’ jsir Laburista, filwaqt li Bernard Grech u Charles Bonello (is-Segretarju Ġenerali) ddikjaraw gwerra qaddisa biex isalvaw il-Kunsill ta’ Helen Gauci.
Beppe Fenech Adami li akkost ta’ kollox ma jridx li l-lokalita’ fejn jgħix jispiċċa mmexxi mill-Partit Laburista
Gauci intant, kitbet post fuq Facebook fejn qed dawret favur tagħha, deċiżjoni għal ftuħ ta’ Berġa tas-Saħħa fil-lokal, meta x-xogħol kollu ma sarx minnha iżda mill-Primary Health, ċioe’ l-Gvern ċentrali u mhux hi.