Skont Bernard Grech, il-Prim Ministru Robert Abela se jiltaqa’ miegħu biex jagħtih #brief’ fuq l-aħħatr żviluppi relatati mal-kwistjoni tal-bastiment ‘Conscience’ li allegatament ntlaqat minn żewġ drones Iżraeljani ‘l barra mill-ibħra Maltin jumejn ilu.
Grech, li qed jirkeb fuq il-każ u jippretendi spjegazzjonijiet, meta l-Gvern kien ċar fuq il-każ u offra kull għajnuna bil-kundizzjoni li l-flotilla u l-attivisti jaċċettaw li jitla’ surveyor abbord u li titħalla ssir speżżjoni abbord tal-affarijiet li qed jinġarru, madankollu għadu ma tax struzzjonijiet lil Roberta Metsola biex tieħu pożizzjoni dwar l-Iżrael.
Kemm ilu li ġara l-każ tal-‘Conscience’ Metsola ma kkummentat xejn, la tweet u lanqas dikjarazzjoni.
Ftit tal-jiem ilu, Roberta Metsola lmentat li t-titlu ta’ ‘enabler’ għall-ġenoċidju tal-Iżrael fuq il-poplu Palestinjan bdiha u xerrdu l-Partit Laburista.
Għal din id-dikjarazzjoni, Metsola kienet ikkontestata mill-ġurnalist Tim Diacono ta’ Lovin Mlata li sostna magħha lil-akkuża tagħha lejn il-Partit Laburista ma kenitx veritjiera u nġusta.