l-eks Ministru għall-Intern Tonio Borg – l-alleat strateġiku tal-establishment nazzjonalista u voċiferu kontra r-riforma fil-Liġi dwar l-Inkjesti – jippreferi jippontifika kontra ‘tal-Labour’ milli jgħidlek ftit fuq l-iskandli fi ħdan il-Pulizija u fl-Armata waqt li dawn kienu taħt ir-responsabbilta’ tiegħu.
Ha nibda bl-ewwel skandlu, li dwaru la rriżenja u lanqas kien talab għal inkjesta.
L-importanti hu li quddiem il-poplu tal-PN joħorġu jfuħu u jidhru bħala l-immakulati.
www.rezistenza.org illum se jirrakkonta u jikxef skandlu oxxen li seħħ taħt it-tmexxija ta’ Tonio Borg – illum Professur tal-Liġi – iżda l-bieraħ Ministru għall-Intern u għal ġieħna anki Viċi Prim Ministru!
Se nieħdok lura għas-sena 2001, meta dak iż-żmien kont nikteb fil-ġurnal ‘In-Nazzjon’ u spiċċajt kelli nikteb artiklu fl-istess gazzetta biex dan Tonio Borg, jaġixxi u jordna lill-Pulizija tarresta żewġ Maltin, li għalkemm kienu mfittxija b’Red Notice tal-Interpol – Alla Jberikna, il-files dwarhom inħbew fl-uffiċċji tad-Depot għal aktar minn sena.
Filwaqt li ż-żewġ Maltin kienu tħallew jiġru mas-saqajn għal sena sħiħa bla ma qatt infetaħ il-file bit-talba għall-arrest internazzjonali tagħhom maħruġ mill-Qrati ta’ Reggio Calabria fl-Italja, l-affarijiet iddeġeneraw tant li saħansitra kienu osservati abbord yacht li baħħar bejn Ta’ Xbiex u Għawdex, jieklu u jiċċaċċraw mas-sid tad-dgħajsa – Ray Agius (Tal-Maksar) missier Robert u Adrian Agius, li llum qed jinżammu fil-Ħabs ta’ Kordin jistennew ġuri mixlija li fornew il-bomba li qatlet lil Daphne Caruana Galizia.
Ray Agius (il-missier) kien inqatel b’tiri f’rasu fil-Butterfly Bar f’Birkirkara fl-2008.
Iżda l-iskandlu ma jieqafx hawnhekk. Jikber ħafna aktar!
Abbord il-yacht li salpa minn Ta’ Xbiex għal Għawdex u lura, ma kienx hemm biss Ray Agius u l-imsemmija ‘wanted’ mill-Interpol, iżda saħansitra Lino Agius – dakinhar Imħallef sedenti – u l-eks Mħallef Godwin Muscat Azzopardi. Kien hemm ukoll Spettur tal-Pulizija identifikat bħala Ivan Portelli, li eventwalment kien tkeċċa mill-korp.
Meta l-Pulizija eventwalment qamet mir-raqda u aġixxiet fil-konfront ta’ Ronnie Agius (imfittex numru wieħed) u l-ieħor John Sullivan (li kien arrestat f’Ateni), Tonio Borg kien iffaċċjat b’realta ta’ xibka kriminali wiesa’, tant li bħala Ministru għall-Intern, kien mgħarraf mis-Servizz Sigriet Malti, bl-involviment ta’ karattri ferm perikolużi, u li llum kemm hu, u sħabu tar-Rule of Law jippontifikaw dwarhom
Qed nitkellem fuq l-aħwa George Degiorgio (iċ-Ċiniż) u ħuħ Alfred (il-Fulu).
Minn hemm il-quddiem, Tonio Borg kien xhud tal-espansjoni kriminali ta’ dawn il-karattri, li minn sensiela ta’ allegati hold-ups kbar fuq banek u vannijiet tal-flus, għal splużjonijiet ta’ karozzi bombi, inkluż ta’ Daphne Caruana Galizia.
Illum Tonio Borg jippontifika fuq ir-Riule of Law. Il-bieraħ, kien mutu!
Fi kliem sempliċi, minn hawn il-quddiem se tibdew tindunaw kif ix-xibka ta’ kriminalita’ organizzata f’pajjiżna, li wasslet għall-qtil ta’ Caruana Galizia, bdiet u kibret , propju ‘under Tonio Borg’s watch!’
REFERENZA / INTERPOL / POLIZIA DI STATO
https://www.poliziadistato.it/articolo/noto-trafficante-internazionale-di-sigarette-arrestato-dall-interpol