Robert Aquilina għada mistenni jingħata twissija importanti mill-Maġistrat Lara Lanfranco, minkejja l-maħfra mingħand martu fuq l-akkużi serji ta’ vjolenża domestika u sekwestru ta’ persuna.
Il-fatt li hemm maħfra fuq il-ġrajjiet li seħħew wara l-ħitan tar-reidenża konjugali fis-Siġġiewi ġimgħatejn ilu, tpoġġi fuq Aquilina l-oneru ta’ ħtija għal fatt li seħħ
Il-Pulizija investigat u għamlet xogħolha u l-esperti indipendenti kkonkludew li l-mara kienet f’riskju serju.
Tibqa’ pendenti wkoll il-kwistjoni dwar iċ-ċaħda tal-mandat għall-arrest ta’Aquilina minkejja l-assessment ta’ riskju elevat mill-maġistrat tal-għassa Kevan Azzopardi.
Hemm ukoll id-dikjarazzjoni publika fuq Facebook minn Aquilina nnifsu, li l-affarijiet bejnu u bejn martu m’humiex sew.
Jibqa’ wkoll il-fatt li mal-Pulizija, Robert Aquilina pinġa u ddeskriva lil martu bħala ‘skizzofrenika’ meta fil-fatt m’hix.