Fejn tidħol Repubblika xejn u qatt ma jiġru affarijiet b’kumbinazzjoni!
Ftit tal-jiem ilu smajna kif wara pressjoni li saret minn ‘xi wħud’, il-Maġistrat Monica Vella spiċċat sospiża mill-kariga fuq il-bażi ta’ nuqqasijiet fl-operat tagħha bħala Maġistrat.
Il-kumbinazzjoni impossibbli kienet li l-maġistrat Vella kienet sospiża ftit ġimgħat wara li ħarġet sentenża ta’ ħtija fil-konront tal-avukat ta’ Repubblika Jason Azzopardi, u mmultatu €1,000 għal dispreżż kriminali lejn il-Qorti meta bl-aktar mod abbużiv kien ippruvat li ġibed filmati tal-Prim Ministru Robert Abela fil-Qorti u għaddihom lin-Net News.
Il-maġistrat Vella qed tiġġieled din is-sospensjoni u appellat quddiem bord ta’ reviżjoni.
Iżda xahar wara, jinqala l-inkwiet wara l-ħitan tad-dar tal-perċimes ta’ Repubblika n-Nutar Robert Aquilina, il-mara tiegħu evakwata mir-residenża, tiġi eżaminata minn esperti u tiġi klassifikata bħala ‘f’riskju għoli’ u l-maġistrat Kevan Azzopardi jirrifjuta li joħroġ mandat għall-arrest kif mitlub mill-Pulizija.
Temmnu fil-kumbinazzjonijiet?
Jien ma nemminx fil-kumbinazzjonijiet.