Ma qagħdx jomgħod il-kliem il-kunjatu ta’ Emmanuel J. Galea, li jiħi ħaten Adrian Delia li f’post fuq il-paġna tad-Deputat Alex Borg, sostna li ‘Grech għandu jitlaq, iżda qabel ma jmur għandu jiżgura li jippreżenta l-kontijiet tal-partit’.
Dan hu t-tieni attakk aħrax ta’ Galea fuq Bernard Grech, wara li xi xhur ilu kiteb fil-gazzetti li ‘Grech hu unjinoetenti’.
Il-kitba ta’ Galea dan l-aħħar tqajjem waqt laqgħa tal-Grupp Parlamentari fejn spiċċa attakkat Alex Borg mill-estremisti Karol Aquilina u Beppe Fenech Adami.
Meta Borg dar fu Grech għal appoġġ u li jirregola lil Fenech Asami u lil Aquilina, il-Kap Nazzjonalista wieġbu: ‘int, meta attakkani Emmanuel J. Galea qbiżt għalija?’