Matul dawn l-aħħar ġimgħat żdiedu r-rapporti li qed jaslulna dwar rikatti b’emails u b’telefonati lil individwi fil-politika, fi newsrooms, f’entitajiet u anki f’Ministeri, b’rikatti għal kuntratti jew informazzjoni.
Is-sors hu dejjem l-istess, fejn f’komunikazzjoni konċiża hemm spjegat li informazzjoni li hemm fuqil-persuna, tinħareġ fil-pubbliku sakemm jew iħallas, jew jaġevola b’kuntratt jew għotja ta’ xogħol .
Għalissa mhux Se nsemmi ismijiet, iżda hemm barra hemm ħafna li jafu fuq min qed nitkellem u kemm ilha għaddejja din il-biċċa xogħol.
F’idejna għandna evidenża ta’ tali rikatti, u nafu wkoll li f’xi każi kien hemm min ċeda billi ħallas il-flus jew ta’ kuntratti għal xogħol.
Fis-siegħat u fil-jiem li ġejjin se nkun qed niżvelaw għadd ta’ dettalji dwar din l-istrateġija krudili, moqżieża u kriminali, li qed titħaddem minn persuna partikolari, li qed jagħmilha ta’ ġurnalist u qed jipprova jgħaddi romblu fuq għadd ta’ persuni nfluwenti.