Bernard Grech jitkellem u ma jagħti kasu ħadd.
Fil-parti l-kbira tagħhom moħħom fit-tombla, Grech jitkellem fuq l-għoli tal-ħajja, u mill-banda l-oħra l-volontiera jduru jbiegħu u jtellgħu t-tombla biex jiġbru l-flus għall-pagi tal-ħaddiema tad-Dar Ċentrali.
Bernard Grech fuq il-palk u l-parti l-kbira ta’ dawk li attendew għall-coffee morning tal-Ħamis, jidhru kollha sistratti u mhux jagħtu kasu.
Il-coffee mornings saru regolari ħafna fid-Dar Ċentrali bl-iskuża ta’ ‘networking‘ iżda fil-verita’ m’huma xejn għajr eżerċizzju għal ġbir tal-flus għall-PN, kif kixfet kostitwenta mal-eks Segretarju Ġenerali tal-PN Michael Piccino l-għada tal-aħħar survey ippubblikat mill-MaltaToday li kixef kif is-sitwazzjoni fil-PN sejra għall-agħar flok il-quddiem.
Fl-aħħar coffee morning li sar fid-Dar Ċentrali nhar il-Ħamis, u li ritratti tal-attivita’ ttellgħu fuq il-paġna FaceBook ta’ Bernard Grech, juru Bernard Grech iżolat quddiem sala mimlija nisa, lkoll mhedija jagħmlu affarijiet oħra minflok jismgħuh.
Hu stmat li minn kull coffee morning il-PN nqed idaħħal bejn €1,500 u €2,000 fi flus kontanti, li żgur mhux qed jitniżżlu bħala dħul fil-kontijiet tal-PN, li lanqas accountant għadu ma sab u baqa’ bla ma ppubblika l-kontijiet finanżjarji tiegħu, minkejja l-obbligu legali tiegħu kif titlob il-Liġi dwar il-Finanżjament tal-Partiti.