Andrew Borg Cardona, magħruf aħjar bħala ‘il-Boċċa 9għal raġunijiet ovvji) irid idaħħaq b’post fejn mingħalih se jgħaddi lili u lil sieħbi Neville Gafa biż-żmien.
Il-Boċċa, li jiftaħar li għandu DNA differenti minn tiegħi, tiegħek u ta’ ħafna oħrajn, għadu ma ndunax li hu, hu stess l-akbar skerż tan-natura f’dan kollu.
Borg Cardona ma jafx aħjar għajr il-mibgħieda u t-tgħajjir, u li jinsab iżolat u injorat minn kwasi pajjiż sħiħ.
Mhux se ninħela aktar fuq dan il-persunaġġ ridikolu u insolenti, iżda ħaġa biss ngġidlu: Niggustak narak indannat.
Jiddispjaċini ninnota li se jkollu jqatta l-bqija tal-ħajja li fadallu f’pajjiż ggvernat mill-Partit Laburista, għaliex nies bħalu żammew lill-Partit Laburista sod, magħqud u rebbieħ.