Il-Belt Valletta qed tħejji biex għada Jum il-Ħaddiem, tilqa lill-poplu Malti u Għawdxi għaċ-ċelebrazzjoni ta’ dak kollu li l-pajjiż rnexxielu jakkwista b’mod ekonomiku u soċjali matul dawn l-aħħar snin ta’ tmexxija Laburista.
F’dawn is-siegħat qed isiru l-aħħar tħejjijiet għall-manifestazzjoni tal-Partit Laburista li jilħqu l-qofol tagħhom b’mass meeting indirizzat mill-Prim Ministrtu u Mexxej Laburista Robert Abela.
Il-manifestazzjoni ta’ għada se sservi wkoll ta’ turija ta’ saħħa tal-Partit Laburista bħala l-partit fil-Gvern, u turija ta’ kundanna għall-ħdssara li l-PN u l-esponenti estremisti tiegħu qed jagġmlu kontra Malta u l-Maltin.
L-attivitajiet ta’ għada jinkludu wkoll kunċert b’għadd ta’ artisti Maltin u barranin.
Għall-attivitajiet ta’ għada qed ikun organizzat trasport minn kull lokalita’