X’differenża hux!
Lill-Avukat Roberto Montalto qas virgola waħda ma kitbu ta’ The Times!
Li tressaq b’arrest quddiem il-Qorti fuq vjolenza ripetuta fuq mara, l-Avukat ta’ Daphne Caruana Galizia dik mhux storja ta’ interess għall-pubbliku!
Sirna nafu bl-istorja ta’ Roberto Montalto, grazzi għall-paġna NevilleGafa.com , għaliex nassigurakom li ħadd ma kien ikun jaf.
Li nippubblikaw darbtejn, kemm fuq l-online kif ukoll fuq l-edizżjoni stampata li Yorgen Fenech kellu €700,000 fi flus kontanti, minflok kitbu €7,000, u qisu ma ġara xejn, u lanqas apoloġija, dik OK!
Mhux għalhekk niskanta meta jieħdu għalihom ċerti nies meta ngħidilhom ipokriti, u li għandhom l-aġendi?
Bil-ħabi mir-rappurtaġġ dwar Roberto Montalto – li ma kenitx l-uniku darba li wettaq vjolenża fuq in-nisa – tat-Times qed jgħidulu ‘thank you for your service‘ – filwaqt li għall-‘ieħor’, jgħidu: ‘Fajjru! Fajjru!” għax dak jismu Yorgen Fenech!