Li ta’ Repubblika huma tosti u arroganti nafuha bħala fatt, iżda issa li waslu biex għamlu protest legali fil-Qorti kontra Neville Gafa għaliex qed jakkużawh li qed iħassrilhom il-protesta tagħhom mal-monument tal-Assedju l-Kbir!
Tajba! Ta’ Repubblika qed jgħidulna li dak il-monument nazzjonali hu tagħhom, u għal darb’ oħram sejrin il-Qorti beix mingħalihom se jsibu xi Mħġallef Joseph Zanmit mcKeon u jaqbad u jfajjar sentenża li prattikament irregala bl-aktar mod irresponsabbli qabad u tahom speċi ta’ dritt esklussiv li jagħmlu li jridu bil-mounment.
Għax issa Neville Gafa qed iħeġġeġ lill-poplu biex jiffirma petizzjoni beix il-Monument tal-Assedju l-Kbir jkun imnaddaf u mħares bħal kull Monuemnt Nazzjonali ieħor fil-pajjiż, ta’ Repubblika qed jerġgħu juru l-arroganża tagħhom, u kif qed jitkellmu, qed jgħidulna bl-aktar mod ċar, li l-monument hu tagħhom.
Iżda fil-verita, ta’ repubblika għamlu l-protest ġudiżżjarju gaħliex indunaw li l-petizzjoni ta’ Neville Gafa diġa kisbet eluf ta’ firem, lkoll neis li ma jridux aktar xenati u placards mal-monument.
Ta’ Repubbliak jafu li l-petizzjoni għandha l-potenżjal li jiżgombrahom mill-Monument tal-Assedju l-kbir, u qed jippruvaw jiksbu digriet tal-Qorti biex iwaqqfu l-iskop tal-petizzjoni.
Min-naħa tagħna, Reżistenza.com se nkunu spalla ma’ Neville Gafa f’din il-ġlieda li nirritornaw il-Monument tal-Assedju l-kbir lura lejn il-ġmiel u s-sinifikat storiku teihgħu.
Repubblika għadhom ma jafux li bil-protest ġudiżżjarju, għadhom kemm ħarrxu lilna ta’ Reżistenza.com, lil Neville Gafa u tant eluf ta’ maltin, li se nkunu lkoll magħqudin biex inrażżnu u neqirdu din l-arroganża biżarra!
Bring it on Repubblika! Aħna ma’ nibżgħux minnkom.