Ħallikom mill-kummenti fuq il-mezzi soċjali, u ibdew lestu biex tattendu bi ħġarkom għaċ-ċelebrazzjoni ta’ Jum il-Ħelsien, organizzata mill-Partit Laburista.
Jekk ilkom iġġemmgħu ġo fikom u tissaportu l-ardir u l-arroganza ta’ nies bħal Karol Aquilina, Jason Azzopardi u sħabhom f’Repubblika u għaqdiet oħra, iċ-ċelebrazzjoni ta’ Jum il-Ħelsien f’Xatt ir-Riżq, hu l-post fejn għandkom tkunu preżenti bi ħġarkhom u magħqudin madwar il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela.
Din is-sena, qisuha bħala opportunita’ tad-deheb biex tagħtu risposta lil min jaħseb li se jgħaddi romblu minn fuq il-Laburisti, u jagħmel ix-xenati biex mingħalih jimpressjona.
F’Jum il-Ħelsien, se niċċelebraw kisba storika. Flimkien tajna tifsira f’kull sens għall-kelma ‘ħelsien’.
Ejjew f’Xatt ir-Riżq – ftit anqas minn tlett ġimgħat oħra – nagħtu konferma li Malta tassew ‘ħelset’ bil-vot tagħha minn dawn l-erbat’ itqates.
Viva Malta Ħielsa!
Viva l-partit Laburista!