F’dawn l-aħħar jiem Jason Azzopardi reġa feġġ fuq il-media soċjali b’ritratti tiegħu jżomm tajra fuq subgħu.
Skont Azzopardi, it-tajra ġiet f’idejh waqt ‘break’ waqt il-ġuri tal-aħwa Adrian u Robert Agius (ta’ Maksar) George Degiorgio u Jamie Vella, fejn qed jidher ‘parte civile‘ għall-familja ta’ Daphne Caruana Galizia.
Azzopardi iżda se jkollu bżonn l-għajnuna tat-tajra biex twassallu u ġġiblu l-messaġġi, għaliex spiċċalu l-qżież issa li anki sieħbu Robert Aquilina għandu gwaj ġudiżżjarji serji.
Jekk Azzopardi jemmen li għandu tajra tajba biex twassallu l-‘leaks’ biex wara jitkaża b’ħaddieħor, navżaħ li għandi ‘ajkla’ mħarrġa sewwa biex tħares fuqu daqs seqer, u twassal u ġġib informażżjoni kemm dwaru, kif ukoll fuq sħabu kollha!