Il-Kap Editur tal-gazzetti The Times u The Sunday Times sostna li l-Gvern Malti qed jibqa’ sieket quddiem l-attakk bi drones fuq bastiment b’għajnuna umanitarja destinat lejn Gaza, iżda ma jsemmi qatt ir-responsabbilta’ li għandha Roberta Metsola li sal-lum – tlett ijiem wara – għadha ma lisstnitx kelma waħda ta’ kundanna.
Hu faċli li toikkummenta u twaħħal f’kulħadd, barra fl-aktar ‘enabler’ sfaċċata tal-ġenoċididju u l-massakru ta’ eluf ta’ tfal u nisa innoċenti f’Gaża mill-qawwiet Iżraeljani.
Herman Grech jistqarr li l-attakk bid-drones fuq il-bastiment ‘Conscience’ sar minn ‘we know whom’ bla ma jsemmi lil Iżrael, u fl-istess ħin ma jsemmi qatt ir-responsabbilta’ ta’ Roberta Metsola f’dan kollu.
Permeżż ta’ dawn il-paġni, f’dawn l-aħħar jiem, appellajna biex Metsola tgħid xi ħaġa, iżda s-silenżju tagħha jtarraxa.
Appellajna wkoll lil Bernard Grech, biex bħala s-suppost Kap tal-PN, jobbliga lill-MEP tiegħu Metsola u bħala Maltija tikkundanna lill-Iżrael. Iżda xejn. Is-Silenżju xorta baqa’ jtarrax.