Verdett ta’ ħtija anki għall-aħwa Robert u Adrian Agius (tal-Maksar) Jamie Vella u George Degiorgio, g]all-irwoli tagħhom fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia u tal-Avukat Carmel Chricop.
F’verdetti separati, kumplikati, li iżda ħadu lill-ġurati ftit siegħat biex jiddeliberaw wara ġuri li dam għaddej għal aktar minn xahar, is-sistema ġudizzjarja Maltija ressqet pass importanti ieħor biex jingħalaq il-kapitlu tal-qtil ta’ Caruana Galizia.
Fadal biss ġuri wieħed, kontra minn allegatament ikkummissjona l-qtil.
L-aħwa George u Alfred Degiorgio qed jiskontaw diġa 40 sena ħabs kull wieħed talli kienu l-eżekuturi tal-qtil ta’ caruana galizia, filwaqt li Vince Muscat (il-Koħħu) li kien kompliċi qed iservi 15-il sena ħabs għall-istess reat, iżda bil-peina mnaqqsa bħala parti mill-kundizzjoni ta’ Maħfra biex jixhed fuq dak kollu li jaf fuq il-qtil tal-ġurnalista fl-2017 u min kien involut.
Iżda filwaqt li l-każ kien solvut mill-Pulizija f’temp rekord, u diversi qed jiskontaw pieni twal ta’ ħabs, inkluż kif mistenni fil-konfront tal-erba ħatja tal-lejla, il-familja Caruana Galizia sostniet li dan kien pass ieħor lejn ġustizja sħiħa, iżda sostnew li fadal l-implimentazzjoni ta’ riformi proposti fl-Inkjesta Pubblika.
Fuq dan, rikeb konvenjentement il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech biex għamel lilu nnifsu rilevanti f’dan il-każ, filwaqt li kkopja kwasi kelma b’kelma dak li qalet il-familja Caruana Galizia.
Iżda s-sorpriżi tal-kummenti llejla ġew mill-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola u l-MEP Nazzjonalista David Casa.
Metsola lmentat fuq dak li fissret bħala ‘dewmien’ biex jinstema’ l-każ, meta fil-fatt kien pjuttost żmien rekord li saru l-investigazzjonijiet, tressqu n-nies il-Qorti, saret kumpilazzjoni u ngħalaq b’ġuri!
David casa kkummenta bl-istess retorika anti-Laburista biex rrefera gġall-qtil ta’ Caruana Galizia.
L-uniku li ma kkummentax s’issa, u gġal raġunijiet ovvji għaliex kieku kien ikun fost l-ewwel, kien Robert Aquilina li rriżenja minn Repubblika nhar is-Sibt li għadda fl-isfond ta’ akkużi serji kontrih dwar vjolenża domestika.
AKTAR FIL-ĦIN LI ĠEJ