Issa li l-PN tilef il-Kunsill Lokali ta’ Ħal-Għargħur, u Mariah Meli nħatret bħala s-Sindku Laburista fil-lokalita, jmiss issa lill-Kunsilliera tal-PN u l-partitarji li qed iduru fuq it=tmexxija tal-Partit għal spjegazzjoni fuq x’wassal għar-riżenja ta’ Francesca Attard mill-PN u għaddiet biex issir indipendenti u tisfiduċja lil Helen Gauci.
Fuq Facebook, kien hemm mistoqsija ċara lill-eks Segretarju Ġenerali Michael Piccinino:
Mistqosija interessanti. X’jaf Michael Piccinino?
U ħaddieħor baqa’ jinsisti:
Izda ċ-ċirasa fuq il-kejk dwar dak li seħħ f’Ħal-Għargħur ġiet mill-paġna Facebook ta’ Lovin Malta, fejn eks Kunsillier PN f’San Ġwann, u llum Kunsillier PN f’Tas-Sliema, fetaħ attakk aħrax fuq l-isfiduċjata Helen Gauci, u fuq it-tmexxija tal-PN li mbuttaha lejn il-kariga.
Xi ħadd irid jirrispondi.