Id-dinja Kattolika Ruma qed tistenna b’ħerqa l-aħbar bl-isem ta’ min hu l-Papa l-ġdid, hekk kif ftit tal-ħin ilu deheret id-daħna bajda ħierġa miċ-ċumnija tal-Kappella Sistina.
Eluf ta’ Kattoliċi miġbura fi Pjazza San Pietru nfwxxew f’ċapċip u għajjat b’ferħ għad-daħna l-bajda, filwaqt li l-qniepen tal-Bażilika ta’ San Pietru bdew idoqqu l-Glorja.
Minn dan il-mument, il-Papa magħżul jidħol fl0-imsejħa Sala tad-Dmugħ, fejn jinża l-berrettin aġmar tiegħu u jintlibes l-abjad flimkien mal-libsa bajda tiegħu.
Madwar siegħa oħra għandha ssir it-tħabbira uffiċċjali ta”Habemus Papam’ u jitħabbar lisem tal-Papa l-ġdid, li mbgħad jitfaċċa fil-gallarija ċentrali tal-Bażilka għall-ewwel Barka Urbi et Orbi tiegħu.