X’ma joħroġux jesprimu s-sodisfazzjon tagħhom għall-kutrumbajsa li għamel fuq Manoel Island/
Fuq kollox sa sitt ijiem ilu, Grech qala’ ħasla umiljanti mingħand il-moviment Graffiti, li filwaqt li sfidatu jkun ċar fuq il-kwsitjoni, qaltlu biex ‘jiċċekkja l-fatti’ qabel ma jitkellem.
Imġebbed minn hawn u minn hemm u kkonfrontat mid-Deputati tiegħu stess, Grech kellu jċedi għall-presjoni ta’ diversi MP’s tiegħu, li wissewh li fuq Manoel Island iss hi ‘kwistjoni ta’ voti’ u kien jinħtieġ li jqatta’ l-karti minn mad-diretturi tal-Midi, li wħud minnhom huma benefatturi tal-Partit Nazzjonalista.
Filwaqt li din il-kwistjoni mistennija jkolha impatt fuq il-finanżi diġa’ mwiegħra tal-PN, Grech – kif waslitilna minn mkejjen qrib id-Dar Ċentrali – ‘litteralment tqaħħab għall-voti’.
Intant, l-istess mkejjen spjegawlna li jistennew li issa li ċeda għall-NGO’s issa sabu l-metodu kif idawwruh billi jesponuh għar-redikolu, u jdur żugraga.
It-tappa li tmiss, se tkun, il-Forti Cahmbray f’Għawdex, li se ddaħħlu f’kunflitt mal-MP tiegħu Alex bORG.
Seba’ NGOs attivi fil-kampanja biex isalvaw Manoel Island esprimew is-sodisfazzjon tagħhom li l-gvern u l-oppożizzjoni biddlu l-pożizzjoni tagħhom quddiem kampanja popolari li ġibdet lejha aktar minn 29,000 persuna.
Fi stqarrija intqal li l-Gvern għandu jisma’ “il-karba tal-poplu li nsalvaw Manoel Island u nrodduha lill-pubbliku bħala park nazzjonali”, li kisbet momentum akbar issa li l-Oppożizzjoni biddlet fehmtha u ddikjarat li tappoġġja l-petizzjoni li ffirmaw aktar minn 29,000 persuna.