Tal-Partit Nazzjonalista llum ħarġu jiċħdu dettalji li kxift dwar l-istat diżastruż tal-finanżi tagħhom, kif ukoll dwar kif qed jitolbu lill-partitarji li sellfulhom il-flus biċ-ċedoli, qed jitolbuhom idawwruhom f’self.
Fi stqarrija l-PN għażel li jattakka lili talli kxift dettalji li fuq kollox ġew mingħand partitarji tagħhom stess li avviċinaw lili u spjegawli l-affarijiet u saħansitra wrewni l-affarijiet.
L-istqarrija tal-PN kienet intiża li tikkalma lill-partitarji oħra milli jagħmlu ‘run’ fuq il-PN biex jieħdu flushom lura, hekk kif id-dejn tal-partit sploda ‘l fuq minn €32 miiljun għal €42 miljun.
Iżda sabiex il-PN ikun kredibbli fiċ-ċaħda tiegħu u jkun ċar kemm miegħi, kif ukoll mal-partitarji tiegħu, irid bilfors jippubblika l-kontijiet finanżjarji tiegħu.
Inutli jiċħad, għaliex aktar ma jdum biex isib accountant u awditur, u jippreżenta l-kontijiet tiegħu kif inhu obbligat bl-Liġi, l-istorja tiegħi treġi u tkompli tikkomprometti aktar il-pożizzjoni ġa mwiegħra tal-PN f’kull sens.
Fittxu ppubblikaw dawk il-kontijiet!
FLASHBACK 2015 ANNE FENECH, EKS PRESIDENT TAL-PN LI ĦOLQOT L-0ISKEMA ĊEDOLI – ‘M’HIX DONAŻŻJONI IŻDA SELF’ 0 U ISSA QED JITOLBU LILL-PARTITARJI JDAWWRUHOM F’DOINAZZJONI!