X’ġara bejn il-ħin li l-Pulizija evakwat lill-mara ta’ Robert Aquilina mid-dar tagħha fis-Siġġiewi l-Ġimgħa filgħaxija u tard is-Sibt filgħodu meta l-professjonisti tal-Appoġġ ikkonkludwew l-assessment tagħhom u poġġewha fil-kategorija ta’ ‘riskju għoli’?
Lil min ċempelRobert Aquilina malli daħlet f’daru l-Pulizija u nduna li ħajtu ma kenitx se tkun aktar business as usual?
Bejn il-Ġimgħa filgħaxija u s-Sibt filgħodu għaddew is-siegħat u ma kienx hemm bidla fil-maġistrat tal-għassa.
Kevan Azzopardi kien il-Maġistrat tal-Għassa kemm il-Ġimgħa kif ukoll is-Sibt filgħodu, u għaldaqstant għandha titwaqqaf Inkjesta bl-iskop li jkun stabbilit liema telefonati saru mid-dar ta’ Aquilina għal għand min, u kif din it-tieni persuna wasslet l-informazzjoni fejn kellha tasal, għaliex kien ovvju li mandat għall-arrest kellu jinħareġ.
Min kellem lill-Maġistrat tal-Għassa qabel ma marru għandu l-Pulizija?
Dawn il-fatti għandhom ikunu stabbiliti minn Inkjesta li għandha tgħarbel it-traffiku tga telefonati li saru bejn numru ta’ persuni fiċ-ċirku ta’ Aquilina, u kif waslet għand il-Maġistrat.
Iċ-ċaħda għall-ħruġ tal-mandat għall-arrest ta’ Robert Aquilina ixxokkja lill-kollegi fil-Ġudikatura u fl-Avukatura. Kienet anormali, irregolari u abbużiva.
Inħoloq preċedent perikoluż għal wiċċ Robert Aquilina.
Inkjesta għandha tinvestiga dan kollu.