Ma tisħix u wiċċha tassew hu tost!
Ħadet għaliha Roberta Metsola li fl-Ewropa qabdet in-narrativa li hi bħala Roberta Metsola, il-President tal-Parlament Ewropew, aġixxiet bħala persuna li għenet li jsir ġenoċidju mill-poplu Palestinjan f’Gaza.
Għal Metsola, dan hu #tort tal-Labour’ 1
F’intervista ma’ Tim Diacono fuq Lovin Malta, Metsola qalet li l-Partit Laburista f’Malta li mexxa dan id-diskors u li nxered madwar l-Ewropa.
Bħallikieku l-poplu Ewropew u dak minn lil hinn ma ndunax li ż-żjara li għamlet Metsola fl-Iżrael fejn ħadet pożizzjoni esklussivament favur il-poplu Lhudi ma wassalx għallassalt ftit jiem wara tal-qawwiet Iżraeljani fuq kampanja militari bla waqfien fuq Gaza li swiet il-ħajja ta’ għexieren ta’ eluf ta’ innoċenti.
Tassew Metsola misset il-qiegħ u ma tistħix twaħħal fil-Labour.
Ara ma tmurx tgġidha fi Brussels din il-ħrafa, forsi jduru għaliha għadd ta’ organizazzjonijiet umanitarji li raw b’għajnejhom x’sar f’Gaza u fejn kienet Metsola meta l-Palestinjani kellhom bżonn il-protezzjoni tagħha!
Il-vera saret tqazzek din il-mara.