Georg Sapiano, wieħed mill-aktar avukati kummerċjali magħrufa fil-pajjiż, ekx-Kandidat tal-Partit Nazzjonalista u eks-sieħeb fin-negożju ma’ Adrian Delia kien ċar: Bernard Grech kien sfurżat jagħmel dik il-u-turn spettakolatri fuq Manoel Island!
F’post fuq Facebook, Sapiano – li darba kien vuċi influwenti fuq il-media tal-PN – sostan kif il-U-turn ta’ Grech jista jitqies bħala kas klassiku ta’ ‘tail wags dog‘, fejn id-denb tal-kelb litteralment heżżeż lill-kelb u mhux bil-maqlub.
Georg Sapiano li hu magħrug għall-qrubija tiegħu mal-familja Fenech Adami jad sew kemm din l-inistenża mill-‘ġodda’ fil-PN qed iħarbtu konċessjoni mpgħtija lil Beru Bizzi ta’ Alf Mizzi & Sons fis-sena 200 meta Eddie Fenech Adami kien Prim Ministru, tkaża bil-mod ta’ kif Bernard Grech spiċċa ddawwar żugraga minn Partit li llum hu magħmul minn dilettanti li lanqas għandhom xrara ta’ għerf jew viżjoni.
Georg Sapiano saħansitra ddeskriva s-sitwazzjoni għal Grech bħala tal-mistħija, u qabbilha mat-tradizzjoni millenarja tas-Samurai Ġappuniżi. Dik tal-Harakiri, fejn minflok jiffaċċjaw id-diżunur, is-Samurai kienu jaqbdu x-xabla u jiftħu żaqqhom beraħ.